Tinstab Mummja tas-Seklu 11

Ftit żmien ilu x-xjenzjati baqgħu mistagħġbin bdak li rriżulta minn CT scan li għamlu fuq statwa ta Buddha li tmur lura għas-Seklu 11 jew 12.
Huma sabu li l-fdalijiet ta patri kienu magħluqin fl-istatwa. Erik Bruijn, espert tal-Buddiżmu, li kellu idea li fl-istatwa kien hemm il-fdalijiet ta persuna, mexxa l-istudju li wassal biex ikun magħruf li l-mummja kienet ta għalliem Buddist, mill-Iskola tal-Meditazzjoni Ċiniża.
Is-CT scan u l-endoskopija saru mill-Mużew Drents, fiċ-Ċentru Mediku fMeander fl-Olanda. Għalkemm kien magħruf li l-mummja kienet fl-istatwa, ħadd ma kien jaf li l-organi tal-għalliem kienu tneħħew minn ġismu.
L-ixjeħ rekord fuq l-Everest
Ġappuniż ta’ 80 sena sar l-ixjeħ raġel li tela’ fil-quċċata tal-Muntanja Everest
Xi żmien ilu, Yuichiro Miura rnexxielu jitla’ fuq nett tad-29,035 pied, u kiser ir-rekord li kien wettaq ir-rival tiegħu ta’ 81 sena min-Nepal, Min Bahadur Sherchan.
Snin ilu, Yuichiro Miura tela’ l-istess muntanja, iżda ma rnexxilux jegħleb lil Sherchan, sal-quċċata, li meta wettaq ir-rekord, kellu 76 sena.
Mill-quċċata tal-Everest, Yuichiro u ibnu Gota, ikkuntattjaw lit-tim tal-appoġġ tagħhom, biex ħabbrulhom l-aħbar. Yuichiro qal “qed inħossni l-aqwa fid-dinja, iżda għajjien totalment.”
Meta tħabbret l-aħbar, Min Bahadur Sherchan kien qed iħejji biex jipprova jerġa’ jikseb rekord għalih.
Temmen fl-ispirti fl-għamara antika?




Ir-raġel ħaseb li l-kelb kien se jiekol lit-tarbija, u li seta’ jagħmel għalih, iżda hekk kif inġemgħu aktar nies, il-kelb deher jitlaq lit-tarbija minn ħalqu. In-nies skantaw bir-reazzjoni tal-kelb, l-aktar għax kien kelb mitluq! Huma qalu li l-ħarsa f’għajnejn l-annimal kellha elf tifsira…. “Għinuh” jew “x’dinja krudila.”

