Description
Bħal kull rakkont ieħor, dan joffrilna karattri differenti. Niltaqgħu mal-Baruni Oswald Darrell, armel sinjur u s-sid ta’ Darrell Court kif ukoll ħafna propjetà. Għandu neputija bl-isem ta’ Pauline, tfajla ta’ ġmiel kbir imma b’manjieri ferm strambi.
Miss Hastings tiġi magħżula bħala l-governanti ta’ Pauline. Ma jistax jonqos li tidħol fin-nofs mara vanituża li ħlief xalar ma tarax. Din hija Lady Hampton, persuna li trid tgħaddi dejjem tagħha. Għandha neputija żagħżugħa, grazzjuża u sabiħa bl-isem ta’ Elinor Rocheford.
Dan ir-rakkont jeħodna lura fiż-żmien fl-Ingilterra. Hemm karattri oħrajn li jkomplu jħawru din l-istorja romantika, bħall-Kaptan żagħżugħ, Aubrey Langton.
Rakkont li għandu jogħġob lil kulħadd.






