Emmanuel Portelli

Emmanuel Portelli twieled nhar it-tmintax ta’ Mejju tal-Elf, disa’ mija, ħamsa w tletin fil-Ħamrun. Huwa ħabb l-iskola sa minn ċkunitu bl-aktar suġġett għall-qalbu jkun l-Ingliż. Dejjem kellu namra kbira għall-kitba.

Fl-età ta’ ħmistax-il sena, huwa daħal bħala apprendista fit-Tarzna bħala Engine Fitter, fejn kompla wkoll bl-iskola.

Huwa beda l-kitba tiegħu b’xi ittri u artikli fil-ġurnali. Iżda fl-Elf, disa’ mija u wieħed u sebgħin, beda t-traduzzjonijiet tiegħu bil-ktieb ta’ Bertha M Clay bl-isem ta’ IL-MAĦFRA. Inkoraġġit bis-suċċess li kellu, huwa ttraduċa tnax il-ktieb ieħor ta’ l-istess awtriċi. Ma’ dawn, wieħed irid iżid kotba oħra ta’ Maysie Creig; Barbara Cartland; Kay Thorpe; Denise Robins u Judy Chard.

Emmanuel jieħu pjaċir jirregala stejjer romantiċi, onesti u nodfa li huma tajbin għal kulħadd.