Description
X’jiġri minn Giuliana, tfajla ltima, li taħrab mingħand min rabbieha u tinġabar f’Turin, mill-koppja Franchino, li ma jkollhiex tfal. U għaliex meta tiżżewweġ lir-raġel li tħobb, fl-ewwel lejl taż-żwieġ issib lilha nnifisha kollha demm u lil żewġha ma ssibux? Xi tkun ir-raġuni għal dan kollu?
Insiru nafu li fi xbubitha, Giuliana jkollha tifla, li tabbandunaha, waqt li lil missier it-tarbija tgħidlu li mietet. Iżda kemm jemmen il-missier din l-istqarrija u x’jasal jagħmel għall-verità?
U x’jiġri meta x-xbejba Tilde tasal għand Giuliana għal impjieg? Min ikun ix-xifajk li jrid iwaqqgħalha gieħha u x’għajnuna jikseb minn Giuliana? Iżda bħas-soltu, għall-ħżunija jkun hemm it-tajjeb, għax raġel ieħor ikun attent u l-ħin kollu jsus warajha. Għaliex dan l-interess?
" />


