Description
Tgħid Malorey u sħabu setgħu qatt jitilgħu ma’ dak l-irdum tal-biża’ fin-naħa tal-gżira ta’ Navarone? Setgħu jevitaw milli jinqabdu fuq l-Għolja Kostos u fil-Wita’ tad-Demonju? Kienu kapaċi jidħlu fil-Fortizza minn qalb dawk l-għases kollha u jalu sa ħdejn il-kanuni? U fuq kollox, kien ser jirenxxilhom iwettqu kollox fil-ħin?
The Guns of Navarone huwa wieħed mill-aktar kotba popolari tal-awtur Skoċċiż, Alistair Maclean. Fost xogħlijiet oħra tiegħu nsibu Where Eagles Dare u Ice Station Zebra li t-tnejn li huma nħadmu films. The Guns of Navarone inkiteb fl-1957 u nħadem film fl-1961.