Żelqiet Sportivi u ċajt ieħor

9789995750497
Hardback

Aktar minn 160 żelqa, ċajta, praspura u kummiedja li għamlu players tal-football, coaches, atleti, uffiċjali tal-MFA, Presidenti ta’ clubs u ġurnalisti.

Description

Aktar minn 160 żelqa, ċajta, praspura u kummiedja li għamlu players tal-football, coaches, atleti, uffiċjali tal-MFA, Presidenti ta’ clubs u ġurnalisti. F’dan il-ktieb diversi players tal-Premier jirrakuntaw il-praspar li għamlu lil xulxin fid-dressing room, waqt it-taħriġ, fil-kmamar u fil-lobby tal-lukandi fejn kienu u fi triqithom huma u sejrin għal xi logħba kompetittiva.
F’dan il-ktieb ssiru tafu min huma l-aktar players imqarbin u kummidjanti fit-team nazzjonali. Jekk trid tkun taf min jiċċajta l-aktar goff, dan il-ktieb jaqtalek il-kurżita’.
X’jiġrilek jekk tilbes l-istuds ħażin u toħroġ tilgħab fil-ground? X’ġara minnhom l-arloġġ, it-television u l-fire extinguishers tal-lukandi fejn kienu l-players? Għaliex kien hemm players Maltin li ġew arrestati meta kienu barra minn Malta? Kemm-il multa kien hemm min ħallas tal-praspura li għamel? Timmaġina li tispiċċa b’id ta’ ħaddieħor fil-basket ta’ xirja ikel għal players? X’tagħmel jekk jgħidulek li l-President tal-Club għandu sieq tal-injam? Dawn u ħafna aktar inisslulek tbissima. U bilħaqq tgħidx li tkun qed toħroġ ma’ xi ħadd lil xi player għaliex tispiċċa vittma!
Dan il-ktieb jinkludi 30 illustrazzjoni ta’ players, coaches u uffiċjali ta’ clubs Maltin. Illustrazzjonijiet li viżwalment jirrakuntaw iċ-ċajt u l-praspar li saru mill-players.

Additional information

Weight 600 g
Dimensions 25.3 x 17.4 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
Pages 178
ISBN 9789995750497

Product categories and tags