Praspar mill-Klinika – Doza ta’ Dahq

978-99957-50-35-0
Hardback

L-ebda tabib jew professur ma jista’ jagħtik garanzija li l-mediċina li jiktiblek se tfejqek żgur. Imma dan il-ktieb qed jagħtik il-garanzija li l-istejjer miktubin fih se jdaħħquk. Issa tara!

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Mhux faċli tassoċja tbissima jew daħqa ma’ tabib, professur, spiżjar jew dentist. Normalment persuni b’din il-professjoni iktar nassoċjawhom ma’ xi ħarsa biċ-ċiera, ta’ tħassib, ta’ dubji, ta’ preokkupazzjoni. Ma’ xi tikmixa tax-xufftejn. Ma’ wiċċ laskri, biex ma noqogħdux induru mal-lewża!
Imma mhux f’dan il-ktieb. Hekk kif tibdew tqallbu l-paġni, se tintebħu mill-ewwel li dan il-ktieb se jwasslilkom in-naħa l-oħra ta’ dawn il-professjonisti, l-element umoristiku tagħhom, aneddoti li għaddew minnhom u li ġabulhom tbissima u li issa din it-tbissima, jew kultant anki daħqa kbira, se tgħaddi għand il-qarrej. Għax iva, it-tbissima tittieħed.
Ġabra ta’ aktar minn 200 aneddotu marbutin mal-qasam tas-saħħa b’laqta umoristika li ġraw bis-serjeta’ lill-professuri, tobba, infermiera u tant oħrajn. U kif tista’ ma titbissimx meta taqra li tabib magħruf mar iħabbat il-bieb u fixkluh ma’ technician tal-waching machines? Jew ma’ tabib li ġabruh mit-triq il-pulizija għax ħasbuh pazjent li għadu kemm ħarab minn Monte Karmeli? U meta fil-kamra mortwarja l-katavru jqum u jaħsad lil kulħadd? U kemm stejjer dwar x’jista’ jagħmel pazjent bis-suppożitorju… U possibbli… anki fuq is-siġġu tad-dentist tista’ tidħaq?!
L-ebda tabib jew professur ma jista’ jagħtik garanzija li l-mediċina li jiktiblek se tfejqek żgur. Imma dan il-ktieb qed jagħtik il-garanzija li l-istejjer miktubin fih se jdaħħquk. Issa tara!

Additional information

Weight 850 g
Dimensions 25.5 × 17.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
Pages 248
ISBN 978-99957-50-35-0

Product categories and tags