Andre Schembri

9789995750480
Hardback

10 snin nilgħab fl-Ewropa

Description

‘Andre Schembri – 10 snin nilgħab fl-Ewropa’ hi l-awtobijorafija tal-player internazzjonali Malti Andre’ Schembri. Għall-ewwel darba player tal-football Malti qed jikteb awtobijografija u jaqsam mal-qarrejja l-esperjenzi, il-weġgħat, is-suċċessi u d-determinazzjoni personali li għamluh player li lagħab ma’ 10 teams barranin differenti u żewġ clubs Maltin. Andre’ hu l-ewwel Malti li għandu din l-istorja x’jirrakkonta u hu l-ewwel Malti li skorja fl-Europa league.
André magħruf li jgħid dak li jħoss fl-interess tal-football Malti. Ma joqgħodx lura mill-kontroversji biex jara din il-logħba tissaħħaħ u Malta tikseb riżultati aħjar. Hekk jagħmel f’dan il-ktieb. Bla tlaqliq jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dan l-isport. André jikkummenta wkoll dwar il-coaches barranin u Maltin li ħadem magħhom.
Il-ktieb jinkludi 64 paġna bil-kulur li jvarjaw mill-ħajja personali ta’ Schembri għal azzjonijiet u goals li skorja fil-karriera tiegħu. Fil-ktieb se taqraw dak li qatt ma ngħadd qabel u se taraw ritratti li qatt ma ġew pubblikati sa issa.

Additional information

Weight 870 g
Dimensions 25.4 x 17.4 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
Pages 258
ISBN 9789995750480

Product categories and tags

SKU: 9789995750480