Description
Gallett qed ifittex ktieb fuq l-ixkafef tal-librerija tiegħu. Taf fejn qiegħed dan il-ktieb?
Gallett jistieden lil ħbiebu kollha jissieħbu fil-librerija. Din ħaġa ħafifa daqs l-abeċè…
Kulma jridu jagħmlu hu li t-tfal imorru ma’ ġenitur bil-karta tal-identità. B’hekk ikunu jistgħu jibdew jissellfu ħafna kotba u jeħduhom magħhom id-dar biex jaqrawhom.
It-tfal jistgħu jmorru l-librerija kemm-il darba jridu…u jistgħu joqogħdu jisimgħu lil min jaqralhom xi storja.