Description
Hemm dal-pajjiż li fih in-nies ma jitkellmu kważi qatt. F’dan il-pajjiż stramb trid tixtri l-kliem u tieklu biex tkun tista’ tlissnu.
Hemm kliem li jiswa aktar minn kliem ieħor u ma jintqalx ta’ spiss – sakemm ma jkollokx ħafna flus. Iċ-ċkejken Philéas jixtieq jgħid lil Cybelle li jħobbha imma m’għandux biżżejjed flus.
Min-naħa l-oħra, Oscar sinjurun u diġà ddeċieda li la jikber se jiżżewwiġha. Tgħid min se jirnexxilu jirbaħ il-qalb ta’ Cybelle?
