Description
Gallett qed ifittex ma’ kullimkien il-ktieb favorit tiegħu. Ifittex u jerġa’ jfittex… imma fejn qiegħed dan il-ktieb?
Gallett jxtieq li l-ħbieb kollha tiegħu jkollhom rokna għall-qari.
Hi ħaġa tassew ħafifa biex tagħmel rokna għall-qari. Kulma trid hu: kaxxa tal-kotba…xkaffa għall-kotba…imħadda…kuxin…u tapit żgħir.
Ir-rokna għall-qari tgħin lit-tfal jaqraw u jiktbu. Li kieku Gallett joqgħod fil-librerija, malajr tagħmel ħbieb miegħu u jirrakkontalek l-istejjer minn filgħodu sa filgħaxija.



