Tangerine Glow

9789995763855
Paperback

In stock

Description

Riedet toħroġ, riedet tidħak u tiċċajta mal-ħbieb, riedet tilbes ħwejjeġ sbieħ u tidher sabiħa, imma kien hemm gwardjana ssakkrilha ċ-ċella, tiftaħhielha biss meta trid hi. Lilian ma kenitx tista’ tifhem għalfejn, kif il-familja tagħha kienet differenti, għalfejn kellha ssofri daqshekk, u għaliex ma kien hemm ħniena mkien. Il-lejl kien jaqa’ bħal barka. L-irqad kien iqassar il-ġurnata monotona, u l-għada kien jisbaħ jum ġdid, mimli possibbiltajiet. Almenu hekk kienet tittama Lilian. Forsi kienet se tiġri xi ħaġa differenti, min jaf? Forsi tiskopri xi sigriet li kien jispjega kollox, jirnexxilha taħrab, tkun ma’ Simon u tibda tgħix, fl-aħħar. Forsi.

Additional information

Weight 210 g
Dimensions 20 x 15 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995763855
Pages 176

Product categories and tags

SKU: 9789995763855 Categories: Tags: