Emilia

It-Tfajla tal-Belt

9789995763862
Paperback

In stock

Description

Emilia – It-Tfajla tal- Belt huwa rumanz storiku-soċjali li jirrakkonta storja ta’ mħabba fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Kienu żminijiet diffiċli għall-Gżejjer Maltin mhux biss għax din il-gwerra ġabet magħha l-qerda ta’ ħafna djar u bini f’diversi bliet u rħula, iżda wkoll il-mewt ta’ ħafna nies innoċenti: nisa li tilfu traġikament lil żwieġhom jew lil uliedhom, u wlied li tilfu lill-ġenituri tagħhom. Ir-rumanz jittratta b’mod partikolari l-ħajja tan-nies komuni fil-Belt Valletta u jirreferi għall-ħajja diffiċli li ħafna familji f’din il-belt kellhom jgħixu fi żmien hekk imqalleb u diffiċli. Iżda, minkejja dawn il-mumenti diffiċli, naraw kif Emilia tibqa’ soda fl-imħabba tagħha lejn il-persuna li tant ħabbet fiż-żgħożija tagħha. It-traġedji li għaddiet minnhom Emilia żammew bla mittiefsa l-fidi tagħha u t-tama tagħha fil-ġejjieni.

Additional information

Weight 330 g
Dimensions 20 x 13 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995763862
Pages 288

Product categories and tags

SKU: 9789995763862 Categories: Tags: