Sensiela Indri s-Sajjied Malti

Paperback

In stock

Description

Id-Difna f’Ta’ Xbiex 1

Ġrajja ta’ intriċċi, regħba u ħażen fi żmien il-ħakma tal-Gran Mastru Ximenes. Naqraw li fid-dieher, kollox jimxi skont l-ordni tal-ġurnata, iżd fil-verità, iż-żgħir ikollu jbaxxi rasu għal kulma jridu l-kbarat u l-kavallieri, mill-inġustizzji sal-kastità ta’ wliedhom.

Niltaqgħu ma’ wieħed mill-persunaġġi tar-rumanz, Indrì s-sajjied ta’ Ta’Xbiex. Bniedem maħbub u rispettat minn dawk kollha li jgħixu madwaru u jaħdmu miegħu fil-lant tas-sajd. Iżda fil-verità min hu dan Indrì ?

Insiru nafu wkoll lil Baskal Testaferrata Sciberras, il-Ħakem, li kien il-widna u l-id il-leminija tal-Gran Mastru, u li jabbuża ferm mis-setgħa tiegħu, u lill-Baruni Ġiovanni Dingli. Dawn ikunu qabbdu lil Indrì joqtol lil ċertu Konti biex jisirqulu mir-renti. Kien minħabba f’hekk li jitwieled il-persunaġġ ta’ Indrì s-sajjied, wara li flimkien mal-familja tiegħu jeżiljaw irwieħhom għal xi żmien minn Malta.

It-Tradiment Infami 2

Indrì jsalva lil Dorotea minn grupp ta’ kavallieri li riedu jwaqqgħulha unurha u jgħid lil Pietru li xtaq iwarrabha minn San Ġiljan. Jibagħtu jaqdih għand il-Baruni u l-Ħakem, iżda ma jafx x’hemm jistennieh.

L-infatwazzjoni ta’ Ġużeppi, l-ilsir tal-Baruni Dingli, għal Marija bint is-sajjied, titkattar. Jistqarrilha bosta xorti. Fit-triq, l-ilsir jixhed attentat ta’ qtil minn xi kavallieri. Meta jirrapporta kollox lil sidu, Ġanni Dingli jmur għand il-Gran Mastru, iżda kif jissemma Indrì, is-Sultan jesklama: “Eh, x’Maltin fadal… mur obsor għalihom, jien li kont naħlef għat-tjubija tagħhom! Jgħiru għal xulxin, jigdbu fuq xulxin, inassu u jistudjaw b’liema mod jivvendikaw irwieħhom wieħed lill-ieħor.”

Indrì jiltaqa’ ma’ Roberto, li sar jemmen kulma jsefsiflu. Dan jaqbel li flimkien ma’ oħtu jwarrbu mid-dar għal jumejn. Mela x’se jiġri? Il-kavallieri ħbieb ta’ Indrì jridu jsalvawh mill-konġuri kollha. X’jagħmlu? U x’jiġri mill-Manifiku li tant stinka biex hu wkoll jeqred lil Indrì?

Iċ-Ċurkett tar-Rabta 3

Arturo jitrabba f ’għożża u edukazzjoni. Jibda joħroġ għall-kaċċa. Jagħmel ħabib mal-Konti Ernesto, li jaf li lil missieru qatluh u serquh. Ernesto ma jintlaqax sew minn missier Arturo. Għaliex?

Darba jmorru għallkaċċa flimkien, jaqbadhom l-għatx u Marija tnewlilhom. Iżda x’jagħmel Arturo biex jiġbed lil Marija lejh? Meta Indrì jirrakkonta l-istorja tiegħu lil Arturo, dan x’jagħmel? Ikompli jew jitlaq lix-xebba? Sadattant il-Ħakem ma jkunx jixtieq li Arturo, bin il-Baruni Dingli, jiżżewweġ lil Marija. Għaliex?

U x’jiġri meta mart u wlied Indrì jmorru San Ġiljan għand il-Barunessa Inguanez? X’jiġri biex Indrì jaqla’ daqqa ta’ stallett u jsalvah Arturo? F’rabja, Ġużeppi bin Indrì jmur għand ilĦakem jitlob raġuni iżda minflok jispiċċa arrestat. Għaliex? Iżda d-dnub ma jorqodx…

Ir-Rikatt tal-Ħakem 4

Il-Gran Mastru jagħmel żjara lil Indrì fil-ħabs ta’ Sant’Anġlu. Indrì jirnexxilu jrattab qalb il-Gran Mastru wara li jistqarr il-verità kollha dwar il-ħajja xellerata tiegħu u ta’ sħabu l-Ħakem u Ġovanni Dingli. X’jiddeċiedi li jagħmel il-Gran Mastru wara li jsir jaf dan kollu? Madalen, mart Indrì, ukoll tmur iżżur lil żewġha fil-ħabs iżda tingħata aħbar li ma kienet tistenna qatt!

Ġużeppi jintbagħat minn missier Arturo biex imur joqtol lil Marija iżda l-ilsir ikollu pjanijiet oħra f’moħħu. X’jiġri mill-imsejkna Marija?

Arturo jaqtagħha li jiżżewweġ lil Tereża. Il-Ħakem u missier Arturo jagħmlu l-aqwa tħejjijiet għal dan it-tieġ tant mistenni. Iżda x’jiġri dakinhar tat-tieġ?

Insiru nafu bil-proposta li jagħmel Arturo lil sieħbu Ernesto biex ikompli jagħti prova tal-ħbiberija kbira ta’ bejniethom. Xi jġiegħel lil Arturo jieħu din id-deċiżjoni?

It-Torri Misterjuż 5

Vjoletta hi xbejba kuraġġuża ferm. Ma tibża’ minn xejn.

Ġużeppi bin Indrì, biex ipattiha lill-Ħakem, jaħdem waħda bil-għaqal u jinbidel b’mod li jfassal futur għalih.

Il-Kavallier Mazzacani hu mitluf wara Vjoletta, bħal Rikardu Segond, li kien safa midrub għall-mewt minnu. Tinbet għira fatali bejniethom.

Mis-sotterran ta’ palazz jinħareġ bniedem li jkun inqafel bejn il-ħitan biex imut fil-post.

Għaliex? U min hu dan ir-raġel?

Mazzacani jħossu ħażin u sakemm sieħbu jmur għall-għajnuna, xi ħadd jisraqlu dokumenti importanti. F’min jibda jwaħħal? U kif quddiemu, wieħed minn ħbiebu jaqagħlu dokument milli naqsulu?

Niltaqgħu wkoll mal-persunaġġ kurjuż tal-kaċċatur tal-kelba l-bajda u ma’ Trejżi tal-ħanut.

U x’logħba jilgħab is-salib tad-deheb bi djamant fin-nofs, li darba, Indrì kien irregala lil raġel talli laqgħu għandu bil-familja?

Il-Vendetta ta’ Ġużeppi 6

Mazzacani jittella’ l-Qorti akkużat bil-qtil ta’ Segond. Iżda xi jġiegħel li ma jingħatax il-mewt mistħoqqa? Sa fejn iwasslu l-fehmiet ta’ Ħalusa u ta’ oħrajn?

F’Malta jasal Donato Belfiore, iz-ziju ta’ Geltrude u Teodoro, iżda nsiru nafu li ħuh kellu tarbija oħra ikbar minnhom. Min hi? Donato jkun imfittex mill-Ħakem, li bl-għajnuna ta’ Lorenzinu jaqbad lilu u lil ħbiebu u jarrestahom flimkien ma’ Dun Salv.

Isir ballu f’ġieħ il-Ħakem u waqt li jkun tiela’ lura f’daru, fis-sakra, jitwaqqaf il-kaless tiegħu u jidher mill-ġdid Toninu, il-ħabib kbir ta’ Mazzacani.

Il-ħabsin jaħarbu mill-Ħabs tal-Inkwiżitur u donnha tqum rewwixta. Il-Gran Mastru jkollu jieħu naħa. Liema triq se jieħu?

Għall-ewwel darba, Lorenzinu jasal joqtol bniedem. Minn hemm, il-qtil isirlu aktar faċli sa jasal għall-final tal-ideal tiegħu. B’liema mod? U fejn twassal l-imħabba?

 

Additional information

Weight 2605 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication

Product categories and tags

SKU: INDRISETT Categories: