Sens ta’ Ħarifa

Kurt Borg
9789918250134
Paperback

In stock

Description

Sens ta’ Ħarifa hija ġabra ta’ esejs li żżewweġ ħsibijiet filosofiċi, politiċi u fuq kollox umani ma’ perspettivi u esperjenzi personali. Bħall-mixjiet li jikteb dwarhom, l-esejs ta’ Kurt Borg jimirhu, ifittxu u xi drabi jsibu (jew ma jsibux) tifsira mingħajr ma jimponu direzzjoni rigida jew destinazzjoni fissa. Borg jorqom idjoma luċida, mexxejja, li taf tkun poetika daqskemm taf tkun profonda filwaqt li jsawwar vuċi esejistika li tistieden lill-qarrej biex mhux biss jisma’ imma wkoll jaħseb u jħoss.
MARIO AQUILINA

F’din il-ġabra ta’ esejs il-filosfu jiltaqa’ mal-bniedem komuni, ipoġġu fuq bank f’xi triq, f’xi pjazza, f’xi ġnien, u joqogħdu josservaw ħwejjeġ mill-aktar ta’ kuljum biex jgħadduhom lilna l-qarrejja f’dawl ġdid.
IMMANUEL MIFSUD

Dawn huma l-esejs ta’ wieħed li jaqra, li jissemma’, li jimxi u jhares, li jistaqsi. Johodna miegħu mhux għax nistennew li sal-ahhar tal-ktieb, jew sal-aħħar ta’ ħajjitna, se nkunu sibna tweġiba, iżda għax dawn il-mistoqsijiet – dwar min aħna, xi rridu, kif għandna ngħixu – huma urgenti daqskemm
huma qodma.
JOE GATT

Additional information

Weight 320 g
Dimensions 20.5 × 13.5 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 208
ISBN 9789918250134

Product categories and tags

You may also like…