Fid-Dlam tal-Lejl Harisna

9789993275817
Paperback

In stock

Description

X’jiġri meta norqdu? Min insiru, jew min nibqgħu meta nintilfu minn sensina? X’jiġri jekk torqod u tqum tard u jkollok tagħżel bejn li titlef it-tren jew titlef appuntament ma’ xi ħadd? Min jiġi jżurna waqt li nkunu reqdin u għala l-lejl huwa mument daqshekk misterjuż? Bogħod mill-għajn bogħod mill-qalb kienu jgħidu l-antiki, imma l-istess bogħod jaf iqanqal aktar ukoll.
B’għajn raffinata għal dettalji esperjenzali, Mifsud jirnexxilu jaqbad bosta mill-faċċati differenti tal-esperjenza tal-irqad f’narrattivi li jirreżonaw. F’dan ir-rumanz, Mifsud jilgħab logħba b’karattri jissaraw m’aspirazzjonijiet u ossessjonijiet. Jekk uħud minna jippruvaw jorqdu biex jistrieħu mill-ossessjonijiet li jaħkmuna, Mifsud iżerżaq l-ossessjonijiet fl-ispazju fejn nistrieħu b’mod li, jekk tintefa’ biex tipprova tagħlaq għajn m’għajn, m’int ħa tara xejn għajr l-ossessjonijiet iħabbtuk. F’dak il-mument tinduna li aħjar tibqa’ mqajjem u għajjien milli tinħakem min-ngħas u minn dak kollu li jġib miegħu l-irqad.
— Kurt Borg

Additional information

Weight 210.0000 g
Dimensions 20.5 x 13.5 cm
Publisher
Pages 164
ISBN 9789993275817
Cover
Year of publication
Note Sensiela Klabb Kotba Maltin Nru. 279
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993275817 Categories: Tags: