Ritratt bla Ħsieb

9789995775483
Paperback

In stock

Description

Nicole.

Ħajjitha fi żmien l-adolexxenza jġibuhielha infern.

Abbuż fiżiku u psikoloġiku.

Ħatfet lil Nicole minn rasha u sabbtithielha mal-ħajt.

Nicole iżżerżqet miegħu, bilkemm taf x’laqatha.

Tiġi offruta l-għajnuna, imma din ftit li xejn tkun effettiva.

Sakemm jitfaċċa Aidan. U l-ħajja ta’ Nicole tinbidel. Nicole ma tistax
temmen xortiha. L-abbuż ikompli, imma issa għall-inqas hemm hu.

Billi tħallih jeħdilha żewġ ritratti?! Tikkuntentah!

Issa għandi lejn xiex inħares meta nkun qed inħossni waħdi!

Imma x-xitan jerġa’ jdeffes denbu. Din id-darba, l-abbuż huwa ferm iżjed umiljanti.

Nicole, mingħajr is-sapport addattat mill-familja, u fraġli, tiltaqa’ ma’ nies li ma tafx, onlajn, u malajr tibda drawwiet ġodda.

Meta waqfet, waħħlet għajnejha fuq l-iskrin u wara dak li għaliha deher qisu eternità, rat rasu titħarrek, imbagħad, bla ma laħqet rat wiċċu, idu telgħet għal quddiem il-kamera, u daqshekk! Skrin iswed. Nicole damet taħseb f’dak li messha tagħmel, u fl-aħħar qatgħetha li ma tagħmel xejn.

Nicole intelqet f’apatija. Se ssib għajnuna din id-darba?

Additional information

Weight 320 g
Dimensions 20 × 13 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995775483
Pages 288

Product categories and tags

SKU: 9789995775483 Categories:

You may also like…