Ras il-Għajn

Charles Flores
9789918204267
Paperback

In stock

Description

“F’dan ix-xogħol, Charles Flores qed jurina mill-qrib il-ħajja mlewna (mhux dejjem b’kuluri vivaċi) tal-ġurnalist: l-inżul u t-tlajja’, il-mumenti tal-glorja u dawk ta’ tensjoni u taqtigħ il-qalb. L-aktar punt li impressjonani f’dan il-ktieb huwa l-irġulija u l-umiltà tiegħu. Minkejja li bħal kulħadd, huwa għandu t-twemmin u s-simpatiji politiċi tiegħu, huwa baqa’ dejjem bniedem ibbilanċjat. Qatt ma ttradixxa l-karriera tiegħu biex jogħġob lil dak jew lill-ieħor.”

Trevor Żahra

 

MEMOIRS BI STEJJER LI TAF KONT PARTI MINNHOM…

Ġabra ta’ memoirs personali mimlija stejjer u aneddoti fit-tliet oqsma li fihom, Charles Flores sawwar il-karriera tiegħu – il-ġurnaliżmu stampat, ix-xandir, u l-letteratura.

Matul dan il-vjaġġ ta’ qari mexxej u mqanqal, ħafna se jkunu qed jgħixu mill-ġdid perjodi differenti minn ħajjithom u, mal-awtur, iġeddu l-memorji tagħhom bi tbissima, b’xi ftit tan-nostalġija, u
bil-lenti li minnha jkunu esperjenzaw dawk is-sitwazzjonijiet, ġrajjiet, u personaġġi msemmija.

Mit-tfajliet u l-ġuvintur tas-sittinijiet fil-mixed youth clubs, il-poeta ta’ Ġensna, Maltin ifeġġu kullimkien, il-gwardjan mifxul ta’ Operation Exit, l-Empire Stadium, u d-dell tat-tmeninijiet sal-Giochi Senza Frontiere, il-“kaxxa titkellem”, Fleet Street, Eliżabetta II, il-Belt Valletta, u l-isfida llum quddiem il-pubblikaturi Maltin, tixref ħannieqa mlewna ta’ rakkonti u tifkiriet li taf kont int innifsek jnparti minnhom…

 

Additional information

Weight 360 g
Dimensions 21 × 14.5 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2025
Pages 196
ISBN 9789918204267

Product categories and tags

You may also like…