Charles Flores

Charles Flores twieled il-Kalkara f’Marzu tal-1948. Studja f’St Albert the Great College, De la Salle College u l-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fit-Teoloġija. Studja l-ġurnaliżmu stampat u l-ħidma tal-aġenziji tal-aħbarijiet fl-Istitut tal-Ġurnaliżmu ta’ Belgrad, l-Eks Jugoslavja, u l-aħbarijiet għar-radju u t-televiżjoni f’Syracuse University ta’ New York, l-Istati Uniti.

Awtur ta’ diversi kotba bil-Malti u bl-Ingliż. Poeżiji tiegħu nqalbu wkoll għat-Taljan, l-Għarbi u s-Serbo-Kroat. Fl-1996 rebaħ l-ewwel premju fil-Competition għar-reġjun tal-Ewropa u l-Kanada. Beda l-karriera ġurnalistika tiegħu mal-gazzetti ta’ kuljum u kompla fil-Kamra tal-Aħbarijiet tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qabel għadda għall-qasam tax-xandir nazzjonali fejn, għal xejn inqas minn sitta u għoxrin sena sħaħ, mexxa taqsimiet varji, fosthom dawk tal-Aħbarijiet, tar-Radju, tar-Reklami, tal-Pubblikazzjoni u tal-Arkivji, Korrispondent ta’ diversi ġurnali u rivisti internazzjonali. Fis-snin sittin kien wieħed mill-kofundaturi u l-ewwel uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Moviment Qawmien Letterarju, membru tal-Akkademja tal-Malti, kittieb ta’ bosta xogħlijiet ġurnalistiċi u letterarji f’ġurnali u rivisti Maltin u barranin.

Lil hinn mix-xogħlijiet li ppubblika, huwa kellu rwol importanti fil-promozzjoni tal-letteratura Maltija barra minn Malta u fit-tisħiħ tal-iskambju kulturali permezz tal-attivitajiet diplomatiċi u letterarji tiegħu. Illum, Charles Flores huwa mfakkar bħala wieħed mill-aktar vuċijiet ewlenin tal-letteratura Maltija kontemporanja, u l-wirt tiegħu jibqa’ jgħix permezz tal-produzzjoni letterarja estensiva tiegħu u tal-kontribut dejjiemi li ta lill-ħajja kulturali u intellettwali ta’ Malta.

Showing all 7 resultsSorted by latest

Showing all 7 resultsSorted by latest