Waqtiet Kalkarizi

ghad-dell tal-Kottonera

9789995799120
Paperback

In stock

Description

Iċ-ċiklu tal-ġenerazzjonijiet jifforma parti sħiħa mit-tnissil tal-istorja ta’ pajjiż, belt, raħal u nazzjon. Matulu jsir taqlib soċjali u ekonomiku li jkompli jħawwar il-ġrajjiet tagħna kemm bħala individwi kif ukoll bhala ġens.
F’din il-ġabra ta’ kitbiet, Charles Flores jaqbad epoka li fiha l-ġenerazzjoni ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija ħalliet il-marka tagħha f’oqsma varji bħall-isport, il-kultura, il-letteratura, is-soċjetà, id-divertiment, il-politika u r-reliġjon fost oħrajn.
Il-Kalkara hija s-subborg ħlejju tal-Kottonera fejn tkebbsu t-tifkiriet nostalġiċi tal-awtur. Fl-istil ħafif u mexxej tiegħu, Charles Flores iwasslilna stampi minn tfulitu u parti minn żgħożitu biex hekk joffri ħolqa oħra fil-ħannieqa ta’ ġrajjiet u waqtiet interessanti li jsawru l-istorja. Jeħodna mill-postijiet fejn kienu jedhew it-tfal u ż-żgħażagħ qabel il-miġja tal-kompjuter u l-internet sad-drawwiet, iċ-ċelebrazzjonijiet u l-mod ta’ għajxien li jiddistingwu ġenerazzjoni minn oħra.
Minbarra l-qari leġġer tagħhom, dawn l-akkwarelli ħelwin jagħtu lok ukoll għal eżerċizzju komparattiv għal min – student, għalliem, riċerkatur, storiku, eċċ. – ikun irid jidħol ferm aktar fil-fond tal-istorja tal-Kottonera, il-Kalkara u l-madwar… riflessa wkoll fil-bixra nazzjonali tal-istorja ta’ Malta u Għawdex kif rajnieha, u għadna narawha, titkattar mal-milja tas-snin.
Kalkara

Additional information

Weight 250 g
Dimensions 20.8 × 14.8 cm
Publisher
Pages 152
ISBN 9789995799120
Cover
Year of publication
Language Maltese
Author

Product categories and tags

You may also like…