Description
Meta żewġha Ivan, wara sittax-il sena żwieġ, telaqha bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa, Laila baqgħet issostni li quddiem Alla kienet għadha mara miżżewġa minkejja li oħtha, Cynthia, kienet tgħidilha li ż-żwieġ tagħha ma’ Ivan ma kienx jgħodd. Tgħid kienet qed tisserva b’din l-iskuża biex ma tidħolx f’relazzjoni mal-Ispettur Edwin Attard, l-eks namrat tagħha, li stqarr magħha li minkejja kollox kien għadu jħobbha? Jew riedet tkompli tgawdi l-istima li kellu lejha l-imprenditur, sinjurun u kunjatu tagħha, missier Ivan?
Mill-banda l-oħra, binha Ernest ħadha bi kbira meta missieru telaq mid-dar, tant li r-rabja li ħass ġo fih ried jiżvogaha fuq sħabu u jkun aggressiv magħhom. X’kompla wasslu biex assoċja ruħu ma’ nies kriminali? Min kien se jeħilsu mill-ġustizzja?