Pietru Caxaru u l-Kantilena tiegħu

It-Tieni Edizzjoni

Mark Montebello
978-99957-48-31-9
Paperback

In stock

Description

Il-Kantilena hija l-eqdem poeżija bil-Malti. Inkitbet mill-filosfu, oratur u poeta mill-Imdina, Pietru Caxaru, aktar minn 550 sena ilu. Sal-lum għadha tisraq qalb kulħadd u ssaħħarhom bil-ġmiel, id-dehen u s-siwi tagħha.

Dan il-ktejjeb huwa l-uniku introduzzjoni li se ssib għal din il-ġawhra qadima u prezzjuża tal-ilsien Malti.

Fih tiltaqa’ mal-awtur tal-Kantilena, ma’ min ittraskriviha, ma’ min sabha wara ħames sekli u mal-mod affaxxinanti ta’ kif ġiet skoperta. il-ktejjeb jagħtik ukoll ħafna informazzjoni oħra dwar il-Kantilena: attivitajiet li saru marbutin magħha, kif tista’ taqraha u tifhimha, studji professjonali dwarha, xi żbalji fil-manuskritt fejn instabet, fejn hu midfun l-awtur tagħha, min kienet is-sieħba tiegħu, kif ukoll lista sħiħa tal-kitbiet kollha li, matul dawn l-aħħar sittin sena, ikkontribwew biex jinxteħet dawl aħjar fuqha u tingħata l-importanza li jixirqilha.

Kun parti minn din il-ġrajja unika u meraviljuża!

Additional information

Weight 220.0000 g
Dimensions 21.0 × 15.0 cm
Publisher
Pages 132
ISBN 978-99957-48-31-9
Format Paperback
Year of publication 2015
Author

Product categories and tags

You may also like…