Oreste Rockman

jew L-Akkużatriċi ta' missierha

9789995720483
Paperback

In stock

Description

Oreste Rockman, tabib famuż ta’ l-għjnejn, wara li fejjaq lil Luċija, tfajla għamja, iżżewwigħa u minnha kellu tifla li semmewha Lina. Huma kienu qed jgħixu ħajja feliċi flimkien, iżda l-kiefer Fernando ma ħamilx u ried li jkompli jivvendika ruħu minn Oreste billi qatillu lil martu u tefa’ l-ħtija ta’ dan id-delitt fuqu. Kif irnexxielu jagħmel dan? Għaleiex bint Oreste, tifla ta’ sitt snin, akkużat lil missierha bil-qtil t’ommha? X’sofra Oreste kawża ta’ dan id-delitt u kemm żera biex isib l-assassin ta’ martu? Dawn il-mistoqsijiet kollha jsibu t-tweħiba tagħhom f’dan ir-rumanz sabiħ, imqanqal u mimli intriċċi li ħadd ma jistennihom. ‘Oreste Rockman’ jew l-Akkużatriċi ta’ Missierha, huwa segwitu tar-Rumanz ‘L-Għamja’, li huwa wkoll segwitu ta’ rumanz ieħor ‘L-Ilsira Hamilda’.

Ir-rakkonti ta’Emilio Lombardi jogħġbuni hafna għaliex wara li jdaħħluk f’hafna intriċċi ta’ nies differenti, fl-aħħar kallha jsolvu rwieħħom u l-persunaġġi jerġgħu jiltaqgħu u kulħadd jieħu dak li ħaqqu. Tessi Buhagiar (Żejtun)

Ir-rakkonti ta’ Emilio Lombardi huma kollha sbieħ u interessanti u fihom qari pjaċevoli u bis-sens u x’hin taqbad il-kiteb ma tkunx trid titlqu minn idejk. F’ċerti rumanzi kien hemm ukoll fejn qabżitli xi demgħa wkoll. Il-problema hi biex tagħżel liema hu l-isbaħ wieħed. Meta joħraġ xi rumanz iehor jiena nkun minn ta’ l-ewwel li nixtrih. Michael Stivala (Naxxar)

Additional information

Weight 540.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 420
ISBN 9789995720483
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995720483 Categories: