Nyctophilia

NYC001
Paperback

In stock

Description

Fil-kelma miktuba li ċċarrat
it-tessut tad-dawl tal-jum:
il-poeżija u n-narrattiva
li jlissnu x-xafra tan-notturn

‘Pinna qawwija u letteratura vibranti. Kitba intensa għal udjenza matura li tapprezza esplorazzjoni profonda ta’ xogħol artistiku bħalma hu Nyctophilia – rifless ta’ subkonxju t’awtur li ma jistax jinħeba. ‘
– Anton Grasso, awtur

‘Nifs ġdid għal-letteratura Maltija’
– Simon Bartolo, awtur

‘Dan ir-rakkont ipoġġina quddiem proża mġammra, fejn mhux faċli –  anzi, mhux importanti li tagħmel deċiżjoni bejnha u l-antropomorfizzazzjoni perfetta. Nyctophilia jmur lil hinn minn kull ħaġa mistħajla jew mistennija, bl-unika mitigazzjoni tinsab fil-konxjożità u fl-għarfien profond tal-awtur ta’ kemm tista’ terfa’ u toffri kull esperjenza bnedmija.’
– Walid Nabhan, rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2017

‘Dan il-ktieb jieħdok vjaġġ fl-iktar irkejjen mudlama ta’ moħħok hekk kif tibda tiskopri l-lati oskuri taż-żewġ protagonisti. Dan huwa ktieb għal min għandu stonku jaffronta l-iktar realtajiet distorti li jġibu fix-xejn kull konvenzjoni li torbotna magħha s-soċjetà. Bl-użu ta’ lingwaġġ għeri, b’mod eleganti l-awtur ipinġi l-krudeltà tal-ħajja bl-iktar mod ċar tant li kif ittemm l-aħħar paġna ta’ dal-ktieb se jkollok bżonn tieqaf għal ftit, tieħu nifs ‘il ġewwa, u tiddiġerixxi dak li qrajt.’
– Josianne Block, rebbieħa tal-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2017

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 21 × 14.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN NYC001
Pages 167

Product categories and tags

SKU: NYC001 Categories: Tags: