Ċelel bla Ħitan

9789918200627
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Lejl wara lejl, imqajjem jew skantat quddiem it-televixin, kien isaqsi lilu nnifsu kif u meta sab ruħu f’din iċ-ċella bla ħitan, ħabsi ħieles, imxekkel f’libertà li tifgak.

Iċ-ċelel mhumiex l-istess. L-għeluq huwa wieħed.  Ambjentati f’postijiet klawstrofobiċi, in-novelli ta’ din il-ġabra jlaqqgħuna ma’ karattri mill-ħajja ta’ kuljum…

… minn missier mifni bil-piż tas-separazzjoni għal xebba tissielet mat-tektik intern tal-arloġġ f’ġisimha; minn żagħżugħ mgħakkes bil-falliment tal-imħabba għal xwejjaħ mixtieq għall-ħelsien tal-imgħoddi; minn raġel f’salib it-toroq bejn passat u futur għal kaxxiera mitlufa fil-monotonija tal-awtostrada; minn sid ta’ kumpanija jifga’ fis-sauna għal tabib ifittex kura tiegħu nnifsu; minn mara tiskopri għeruqha fil-qtugħ ta’ nifs ta’ kabina għal tfajla li tagħraf it-triq ta’ ħajjitha fis-seat tal-karozza…

Ilkoll jesperjenzaw klawstrofobija tar-ruħ, ibatu għeluq li ma jidhirx, jitħabtu ma’ ħitan inviżibbli bil-ħolma ta’ libertà f’dinja … ħielsa.

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 21 × 13.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918200627
Pages 150

Product categories and tags

SKU: 9789918200627 Categories: Tags:

You may also like…