Naqraw, Nistudjaw u Nitolbu bil-Kelma ta’ Alla

Lectio Divina għall-Evanġelju ta' Żmien ir-Randan - Sena B

Fr Martin Micallef, Martin Micallef
9789918603145
Paperback

Description

Lectio Divina għall-Evanġelju ta’ Żmien ir-Randan – Sena B

Mid-deżert, fl-episodju tat-tentazzjonijiet ta’ Ġesù, iddominat mill-preżenza tal-anġli u tal-bhejjem selvaġġi; għal fuq il-muntanja fis-silta tat-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fejn Pietru, Ġakbu u Ġwanni raw il-glorja tal-Iben ta’ Alla fil-preżenza ta’ Mosè u Elija; għal ġot-Tempju ta’ Ġerusalemm minn fejn Ġesù affronta lil dawk li Dar Missieru għamluha suq; għal-laqgħa bil-lejl ma’ Nikodemu l-Fariżew, bl-istqarrija ta’ Bin il-bniedem li se jkun merfugħ ’il fuq bħala mezz ta’ salvazzjoni; għall-Griegi li xtaqu jaraw lil Ġesù u d-dikjarazzjoni ta’ Ġesù li kienet waslet is-siegħa tiegħu.

Permezz tat-tappi tal-Lectio Divina, Rev. Dr Martin Micallef, Biblista, qed joffri għajnuna ta’ kif għandna naqraw, nistudjaw u nitolbu bis-silta tal-Evanġelju li l-Knisja se tipproklama matul il-Ħdud tar-Randan għas-Sena B.

Werrej:

L-EWWEL ĦADD TAR-RANDAN
Ġesù ittentat mix-Xitan
Lectio
Meditatio
Oratio
Contemplatio
Operatio

IT-TIENI ĦADD TAR-RANDAN
It-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù
Lectio
Meditatio
Oratio
Contemplatio
Operatio

IT-TIELET ĦADD TAR-RANDAN
Ġesù jkeċċi l-bejjiegħa mit-tempju
Lectio
Meditatio
Oratio
Contemplatio
Operatio

IR-RABA’ ĦADD TAR-RANDAN
Il-laqgħa bejn Ġesù u Nikodemu
Lectio
Meditatio
Oratio
Contemplatio
Operatio

IL-ĦAMES ĦADD TAR-RANDAN
Nixtiequ naraw lil Ġesù
Lectio
Meditatio
Oratio
Contemplatio
Operatio

Keywords: Easter, L-Għid , Holy Week , Jesus , Ġesù

Additional information

Weight 170 g
Dimensions 21.1 × 13.3 cm
Author ,
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2021
Pages 130
ISBN 9789918603145

Product categories and tags

You may also like…