Crux Invicta: Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f’Għawdex

9789993277521
Hardback

In stock

Description

Dan il-ktieb jinseġ tapizzerija rikka ta’ ħajja Kapuċċina f’dawn il-gżejjer madwar il-leit motif tal-istorja tal-Kurċifiss li hemm fil-knisja u l-kunvent tal-Ordni f’Għawdex. Fuq l-isfond ta’ kif żviluppa l-kult tal-Kurċifiss sa mill-ewwel sekli tal-era Kristjana, kemm fid-dinja Kattolika kif ukoll f’dawn il-gżejjer, l-awtur ilaqqam il-ġrajja ta’ kif dan il-Kurċifiss, li nħadem fi Sqallija fl-1683 minn artist tajjeb u li s’issa għadu mhux magħruf, inġieb f’dawn il-gżejjer mill-Kommendatur Miceli, l-ewwel f’Malta u aktar tard, bilħidma tal-ħabrieki Għawdxi de Soldanis, għadda f’idejn il-Kapuċċini li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent tagħhom, tefgħa ta’ ġebla bogħod miċ-Ċittadella, f’Forn il-Ġir.

Additional information

Weight 3430 g
Dimensions 32 × 22 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993277521
Pages 476

Product categories and tags

You may also like…