Description
Karmenu Mifsud Bonnici u Sammy Meilaq jitkellmu dwar il-ħidma ta’ Mintoff fil-Front Maltin Inqumu mill-2002 ‘l quddiem u dwar kif Mintoff fehem li għandhom ikunu r-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea. Huma jinkludu wkoll kopji ta’ ittri li għaddew bejn Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici f’isem il-Front Maltin Inqumu u Romano Prodi u Pat Cox f’isem l-Unjoni Ewropea, kif ukoll partijiet mill- Minuti tal-Laqghat tal-Front Maltin Inqumu.
Is-suġġetti ttrattati jinkludu l-Ħelsien, in-Newtralita’, il-Paċi u l-iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ta’ Malta. Dan ix-xogħol allura, barra li huwa dokument storiku, huwa wkoll it-testment politiku tal-Perit Mintoff.