Min Nasab Lis-Sur Wilf?

Ben Agius
9789918202188
Paperback

Description

Is-Sur Wilf, accountant u għażeb ta’ mezzetà, jitlef għaqlu wara l-masseuse Filippina Suxi Li. Dan l-aġir iġib miegħu l-għadab ta’ zitu Ġulina, ħakkiema u tiranna fuqu mindu kien ċkejken.

Ġemma, is-segretarja fidila tas-Sur Wilf, ukoll tħossha traduta b’din ir-relazzjoni.

Biex jeħles mill-ħakma ta’ zitu, Wilf ifittex qattiel minn fuq l-Internet il-moħbi. Iżda ftit basar f’liema basla kien ser jidħol fiha … Rikatt, theddid, u saħansitra qtil.

Il-Baruni tal-kriminalità, Elvis Aaron Pisani, irid dak li hu tiegħu, filwaqt li eks Surġent tal-Pulizija korrott qiegħed jipprova jsib tarf din il-kobba mħabbla.

Aktar ma jipprova jeħles mill-għawġ li daħal fih, is-Sur Wilf aktar jogħdos ’l isfel fin-nasba …
S

igriet mill-imgħoddi jista’ jkun il-ħolqa li torbot kollox … u tikxef wiċċ min nasab lis-Sur Wilf.

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 21 × 13.5 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 220
ISBN 9789918202188

Product categories and tags

SKU: 9789918202188

You may also like…