Description
Rillu hu merill żagħżugħ moħħ ir-riħ li jgħix f ’ħarruba. Meta oġġett ileqq jisparixxi mill-pjazza ta’ Ħal Ħarruba, Rillu tegħlbu l-kurżità. Mill-għoli tal-friegħi tas-siġra, Rillu jibda josserva kif ir-raħħala jaħdmu flimkien permezz tal-kunsill lokali, biex jieħdu ħsieb il-kultura, il-komunità u l-ambjent ta’ madwarhom. Bl-għajnuna tal-ħabiba tal-qalb Pizzi, Rillu jinbidel minn għasfur immatur għal mexxej qalbieni. Hekk kif jiżdiedu l-preparamenti għal festival tant mistenni, u jinkixfu ħjiel ġodda dwar il-misteru tal-oġġett mitluf, Rillu jinduna li xi misteri ma jiġux żvelati ħabta u sabta.
Imma tgħid dil-komunità ġdida tal-għasafar li għaqqad Rillu se tkun kapaċi taħdem flimkien meta jkun l-aktar meħtieġ?










