Description
Kull tifel li jgħaddi minn quddiem il-palazz l-antik u abbandunat iħoss ċertu biża’. Imma għal Albert, flimkien mal-biża’ hemm ukoll l-interess qawwi li jsir jaf aktar dwar dan il-palazz kemxejn misterjuż.
L-istorja li fettillu jirrakkontalu n-nannu Wiġi dwar dan il-palazz kompliet tnissel fih il-ħeġġa li jiskopri l-verità kollha dwaru.
Flimkien mal-ħbieb tiegħu Aaron u Liża, iddeċidew li jidħlu u jiflu kull rokna li hemm fil-palazz. Min kellu jgħidilhom li fil-palazz kienu se jiskopru għar li kien se jeħodhom f’avventura li tikxef is-sigriet veru tal-palazz?









