Manwel Gellel – Żmien il-Qerda

9789993217589
Paperback

In stock

Description

Manwel Gellel

L-Ingliżi għadhom kemm ħatfu Malta u qed jaraw kif isostnu l-ħakma. Biex imexxu l-irħula tal-gżira, jaraw kif ipoġġu bħala sindki nies li huma tal-fiduċja tagħhom.

Ninsabu fil-bidu tas-seklu dsatax, fil-bidu ta’ Malta bħala kolonja Brittanika.

F’Ħal Qormi, jasal Manwel Gellel bħala s-sindku l-ġdid. Xi bniedem hu? Xi jrid jikseb bit-tmexxija tiegħu?

Il-Qriema malajr isiru jafu.

Minn praspura għal oħra, Gellel juri li moħħu mhux filli jassigura li huma jgħixu ħajja tajba… mhux filli jsostni l-poter tal-Ingliżi. Imma filli jgawdi u jistgħana… u anke a spejjeż tal-poplu li ntbagħat biex imexxi.

 

Żmien il-Qerda

Fi Żmien il-Qerda l-Istorja tintefa’ fl-isfond u tispikka l-aktar il-fantasija; għalhekk bħala rumanz storiku jsir populari wkoll. Huwa rumanz tal-perjodu f’għamla ta’ fantasija romantika fejn l-imgħoddi jintuża b’mod sensazzjonali u drammatiku fl-ambjent tal-avventuri mtellgħin quddiemna li kultant jirfsu l-għatba tal-improbabbiltà. Il-ġrajja hija kollha kemm hi mistħajla imma l-ambjent huwa storiku tant li nsibu fih karattri storiċi u avvenimenti storiċi.

Il-ġrajja tar-rumanz isseħħ fir-rebbiegħa tal-1813 f’atmosfera ta’ biża’ mill-pesta li ħakmet il-Gżejjer Maltin. In-nuqqas ta’ serħan fil-moħħ tal-protagonisti jdaħħal lill-protagonisti f’avventuri minħabba l-imxija. U dawn fejn isibu l-kenn mill-mard, meta l-pjanijiet tagħhom ukoll jisfrattaw?

Imma l-qofol tal-ġrajja huwa dak li hu mistħajjel. Hemm tiżwiqa ta’ avventuri fuq firxa kreattiva ta’ għemejjel ta’ sedqa u oħrajn ta’ qerq. Żmien il-Qerda donnu jimplika li fl-istorja hemm jaħdmu proċessi li l-bniedem ftit jista’ jbiddel – implikazzjoni li tista’ tixref mit-tmiem tar-rumanz. Dan l-istoriċiżmu jixħet is-soċjali u l-kulturali fl-istoriku: karatteristiċi kulturali, soċjali, u umani huma ddeterminati b’mod assolut mis-sitwazzjoni storika li jkunu fiha.

Additional information

Weight 730 g
Dimensions 20.3 x 12 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993217589

Product categories and tags

SKU: 9789993217589 Categories: