Malti għalina t-tfal 5

Primarja

978-99957-20-28-5
Paperback

In stock

Description

Dan il-ktieb ukoll huwa grammatika f’kuntest bil-għan li jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tal-ħames klassi. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi u eżattament wara hemm sezzjoni għad-diskussjonijiet u riflessjonijiet, li l-iskop tagħha hu li twassal lill-istudenti għas-suġġett grammatikali u fl-istess waqt tgħin lill-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-taħriġ; li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassessjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li għaddew. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, eċċ) li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-miktub fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop tagħha hu li l-istudenti jkabbru l-istima tagħhom infushom u  jitgħallmu l-iskop wara ċertu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-ħajja ta’kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa! Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema li ggradwaw fil-Malti. Magħhom kien hemm tim ta’ għalliema oħra minn diversi skejjel primarji u studenti tal-primarja li għenu lill-awuri jippefezzjonaw il-ktieb.

Fih jinkludi:

  • reviżjoni tas-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja;
  • is-sillabu kollu tal-ħames klassi tal-primarja;
  • noti tal-grammatika;
  • eżerċizzji varji ta’ livelli differenti;
  • tliet taħriġ il-fehem u tliet fehim mis-smigħ;
  • sistema t’awtoassessjar li tgħin lill-istudenti u tara għadhomx jiftakru dak li għaddew;
  • stampi kkuluriti li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom gost;
  • mind maps biex jgħinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;
  • mind maps biex jgħinu lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tat-topiks grammatikali.
  • simboli li viżwqalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-eżerċizzji;
  • kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.

Additional information

Weight 295.0000 g
Dimensions 29.7 × 21 cm
Publisher
Pages 88
ISBN 978-99957-20-28-5
Cover
Year of publication
Author ,

Product categories and tags

SKU: 9789995720285 Categories: