Malti għalina t-tfal 3

978-99957-20-26-1
Paperback

In stock

Description

Dan il-ktirb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri-sillabu tat-tielet klassi tal-primarja. Dan il ktieb huwa grammatika f’kuntest. It-tfal huma megħjuna mill-karattru ta’Pengo (kelb), annimal li se jgħidilhom kif għandhom jimxu pass pass biex ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom fil-Malti. L-ewwel it-tfal ilkollhom silta miktuba mill-awturi stess, imbagħad ftit mistoqsijiet li jwassluhom għas-suġġett grammatikali. Wara jkollhom it-taħriġ; li huwa varjat u kreativ! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni fejn it-tfal jerriflettu ftit x’għamlu (speċi ta’ awtoassessjar indirett). Din tgħinhom biex jindunaw fehmux il-lezzjoni jew le. Barra minn hekk fih mind maps li permezz tagħhom l-istudenti jitgħallmu jfasslu l-komponimenti! Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema li ggradwaw fil-Malti. Magħhom kien hemm tim ta’ għalliema oħra minn għadd ta skejjel primarji u studenti tal-primarja li għenu lill-awturi jipperfezzjonaw il-ktieb.

Fih jinkludi:

  • revizjoni tas-sillabu tat-tieni klassi tal-primarja;
  • is-sillabu kollu tat-tielet klassi tal-primarja;
  • ezercizzji varji ta’ livelli differenti;
  • mind maps biex jghinukom fil-komponimenti;
  • sistema t’awtoassessjar biex tara fhimtx jew ghadekx tiftakar dak li ghaddejt;
  • stampi kkuluriti li jghinu lill-istudenti u jaghtuhom gost;
  • simboli li vizwalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-ezercizzji;zewg werrejja, wiehed fil-bidu bit-titli tas-siltiet u l-iehor wara bit-topiks grammatikali;
  • kitba aggornata skont l-ahhar regolamenti tal-ortografija

Additional information

Weight 270.0000 g
Dimensions 29.7 × 21 cm
Publisher
Pages 80
ISBN 978-99957-20-26-1
Cover
Year of publication
Author ,

Product categories and tags

SKU: 9789995720261 Categories: