Description
Wara li flimkien mal-familja tagħha tmur toqgħod ġo dar ġdida, Mae taħseb li se tispiċċa mingħajr ħbieb, minħabba li dawk li kellha fir-raħal jibdew jiskartawha. Iżda ma jgħaddix wisq żmien li ma tiltaqax ma’ Yasmine, tfajla ġara tagħha u f’kemm ilni ngħid isiru ħbieb kbar. Din tlaqqagħha wkoll ma’ kuġinuha Matt, kif ukoll mal-membri tal-band Teen Spirit u flimkien jibdew jgħinuhom biex jippromwovu l-mużika tagħhom fuq l-Internet. Mae jibdew jiġuha dubji li għalkemm Yasmine kienet toħroġ ma’ Isaac, il-kitarrist tal-band, din kellha grazzja wkoll ma’ Aiden, il-kantant ta’ dan il-grupp, li ħafna tfajliet kienu ffissati fuqu.
Barra minnhekk, Mae tibda tirċievi messaġġi fuq facebok mingħand ġuvni misterjuż taħt l-isem ta’ Rob. Il-kumpanija tiegħu tibda togħġobha u tħossha qed tinġibed lejh avolja qatt ma tkun ratu personalment.
Tgħid Yasmine kienet se tibqa’ m’Isaac? U Mae se tiskopri fil-verità min kien Rob…l-ammiratur misterjuż?






