Description
Il-vaganzi tas-sajf kienu bdew. Iżda meta jum minnhom tmur Buġibba għand zijitha u tiltaqa’ ma’ kuġinitha Melanie, l-affarijiet jieħdu żvolta differenti. It-tfajliet jibdew joħorġu spiss u Melanie jirnexxilha tiltaqa’ mal-ġuvni li tkun ilha tiffansja mis-sena ta’ qabel.
Iżda x’jiġri meta Charlene ukoll tiltaqa’ ma’ ġuvni li jogħġobha u tiskopri li jkun l-istess wieħed li jogħġob lil kuġinitha?! Għal xiex lil Melanie ma jsemmilha xejn li jkun iltaqa’ ma’ Charlene? U x’kienet ir-raġuni li kull meta tħares lejh Charlene bdiet tarah ferm differenti minn meta ltaqgħet miegħu?
Se jkun tassew sajf speċjali għal Charlene?