Description
Jenny, tfajla kwieta, mistħija u b’karattru partikolari. Minn wara l-mewt ta’ missierha tingħalaq fiha nnifisha u l–uniku skop ta’ ħajjietha jsir il-bale’. Lil missierha, qabel miet, kienet għamlitlu wegħda li xi darba se tagħmel suċċess, għalhekk meta ssir taf li fl-iskola tażfin fejn kienet tmur hi, tkun se ssir kompetizzjoni li biha setgħet tirbaħ scholarship ġewwa Londra, hija tibda tagħmel ħilitha kollh sabiex tirbaħ.
Iżda meta Jake, żeffien tal-hip hop fl-istess skola magħha jibda jagħtiha daqsxejn attenzjoni, it-tfajla tiegħu, Rebecc, tirkibha l-għira għal Jenny u tibda tagħmlilha l-bsaten fir-roti.
X’se jiġri minn Jenny? Jake se jibqa’ joħrog ma’ Rebecca?
…U Jenny, se jirxnexxilha tirbaħ iż-żifna tal-Harifa?




