Description
“Kittieb barrani.
Kittieb li ma twelidx Malta.
Kittieb li tgħallem il-Malti fi rġulitu.
Iżda, minkejja dan kollu, dan huwa kittieb li jaf iħares lejna u lejh innifsu
Daqslikieku twieled ġol-qiegħ ta’ raħal Malti.
Dan huwa Walid Nabhan, li minkejja li kitbitu taqta’ daqs xafra misnuna, kontinwament Ixxerred demgħa mal-batut u karba mal-muġugħ.
Walid iħares lejna minn distanza provokanti fejn kollox jaqa’ fil-perspettiva tiegħu; imma fl-istess waqt iħares lejna wkoll mill-qrubija ta’ mikroskopju; jitwaħħad mal-problemi tagħna li minnufih isiru l-problemi tiegħu.
“…Gaża u Malta. It-tnejn imġienen. Waħda fettlilha tirrezisti u l-oħra qabdet tattakka lil uliedha billejl”.
Din hija esperjenza ġdida għal-letteratura Maltija; esperjenza li għandha ħafna x’tgħallimna. Le, dan mhux kittieb barrani. Fil-qalb u fir-ruħ, bosta drabi Walid huwa Malti daqsna u aktar minna.”
Trevor Zahra
Novelli






