Description
Ħamilda xebba Maltija li taqa’ Isira flimkien ma’ ħuha, meta kien għad kellhom biss xi sentejn, titlef lil ħuha li jigi mibjugh lil sid ieħor. Minn dakinhar hija tgħaddi minn ħafna tbatijiet sakemm tiġi mifdija mill-Baruni Ferdinando Xara, li jżommha fil-palazz tiegħu bħala qaddejja. Hawn Ħamilda ssofri l-kundanna ta’ delitt li qatt ma tkun għamlet, ħtija ta’ tradiment ta’ Wistin, il-persekutur tal-Baruni Alfredo Xiberras, għax ikun ħabb lill-għarusa li qabel kienet ta’ Wistin. Minn xiex tgħaddi l-familja tal-Baruni Filippu Zara, missier Imperia, mart Alfredo? Aqraw dan ir-rakkont li jeħodna lura fl-istorja fi zmien il-Gran Mastru Ximenes, meta sar dak li baqa’ jissejjaħ l-Irvell tal-Qassisin.