Ċikku L-Kattiv

jew Id-Delitti ta' Arras

978-99957-20-38-4
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

L-istorja tal-familja Colin hi storja ta’ familja li rat wisq tbatija, minħabba l-kefrija ta’ l-iben Ċikku, li kien imlaqqam il-Kattiv, tant li ħuħ Mario spiċċa kellu jitlaq minn daru stess sabiex jevita li jkollu xi jgħid ma’ ħuh. Ċikku, flimkien mal-ħabib u l-kompliċi tiegħu Ġlormu, kien lest li saħansitra joqtol lill-membri tal-familja tiegħu għall-flus.

Safejn waslet din il-kefrija ta’ Ċikku? Is-saħta li għamlitlu ommu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha laħħqet miegħu?  Il-familja ta’ Mario li spiċċat mifruda kif irnexxielha terġa tiltaqa’? Meta taqraw dan ir-rakkont, tindunaw sa fejn waslet il-qalb kiefra ta’ Ċikku l-Kattiv.

X’qal min qara r-rumanzi ta’ Emilio Lombardi:

Għalkemm jiena għadni żgħira nħobb naqra hafna l-kotba ta’ Emilio Lombardi għax huma kotba tassew sbieħ li jħallux bil-kurżita sa l-aħħar paġna. L-istejjer huma ferm interessanti u kollha jispiċċaw b’xi tagħlima barra li ġieli jħalluk bid-dmugħ f’ għajnejk ukoll. Jacqueline Mizzi (Cospicua)

Tul dawn l-aħħar xhur ma xbajtx naqra r-rumanzi ta’ Emilio Lombardi għax huma tassew kotba imprezzabli u m’għandixkliem biex infaħħrek għax meta jkolli d-dwejjaq jew ma nistax nordoq bil-lejl insibhom ta’ kumpanija għalija. Jalla l-Bambin iżomm idejħ fuqek biex tkompli taghtina minn dawn il-kotba. Romina (Mqabba).

Jiena tifla ta’ 14-il sena u vera nieħu gost naqra l-kotba ta’ Emilio Lombardi għax iġegħluk tidħol fl-istorja u tkun trid taqra aktar u aktar sa l-aħħar kapitlu. Bħali jagħmlu ommi u nanti u kulħadd bl-istess kummenti li jġegħluk tibki fin-niket u tifraħ fil-ferħ. Alison Calleja (Ħaż-Żebbuġ)

Additional information

Weight475.0000 g
Dimensions21 × 14.8 cm
Publisher
Pages284
ISBN978-99957-20-38-4
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995720384 Categories: Tags:

You may also like…