L-Esperanto

978-99957-0-526-8
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

F’dal-kors issibu l-ewwel passi biex titgħallmu r-regoli tal-Esperanto. M’hemmx għalfejn ngħidu, ħallejt barra ħafna dettalji li jridu jiġu studjati minn kotba oħra. Ma kienx il-ħsieb tiegħi – u ma jistax ikun – li fi ftit paġni nagħtu dak kollu li wieħed għandu bżonn biex jitgħallem lingwa, ħafifa kemm hi ħafifa.

L-Esperanto hu ħafif. Il-lingwisti jgħidu li biex titgħallmu trid ħafna inqas żmien milli biex titgħallem lingwa nazzjonali. Biss jiddependi dejjem minn kemm lest tistudjah. Taħsibx li se jsir xi miraklu u għax tistudja dawn il-ftit paġni, se tkun tgħallimt l-Esperanto. Biċċa xogħol bħal din u l-ideal li għalih it-Tabib Zamenhof ħalqu ħaqqu li jittieħed bis-serjetà, mhux hekk?

Jekk titgħallmu sewwa, ikun hemm esperantist ieħor fid-dinja li jkun jista’ jiftaħar li hu wieħed minn dawk li permezz tagħhom l-Esperanto miexi ‘l quddiem jew għad jirbaħ il-ġlieda li għaliha l-awtur tiegħu ħolqu u ħadem.

Nittama li nerġgħu niltaqgħu.

Additional information

Weight 150.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
ISBN 978-99957-0-526-8
Cover
Year of publication
Note It-tielet edizjoni editjata u ssettjata mill-awtur

Product categories and tags

SKU: 9789995705268 Categories: Tags: