Ballun Pinġut 2

Ġabra ta' espressjonijiet mil-logħba tal-futbol

In stock

Description

Din it-tieni edizzjoni ta’ Ballun Pinġut fiha 1400 kelma u espressjoni bil-Malti marbuta mal-futbol. L-awtur tal-ktieb ifisser it-termini fihom infushom u jagħtihom f’ordni alfabetika. Il-ktieb jolqot udjenzi differenti, fost l-oħrajn dwk li għandhom għal qalbhom il-lingwa Maltija u dawk li huma midħla fil-qasam tal-futbol. Barra minn hekk, Ballun Pinġut 2 jista’ jkun ta’ fejda għall-kummentaturi, ġurnalisti, kittieba u opinjonisti tal-futbol, biex ikollhom gwida aħjar f’xogħolhom u biex il-lingwaġġ tal-futbol li jintuża fuq il-mezzi tax-xandir jew fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni jkun tal-ogħla kwalità. F’din l-edizzjoni l-ġdida riveduta u mkabbra, l-awtur Keith Attard qiegħed idaħħal aktar minn 470 kelma u espressjoni ġdida marbuta mad-dinja tal-futbol.

Lingwa ħajja tikber, tinbidel u tiżviluppa biex taqdi l-ħtiġijiet tal-poplu li jitkellimha. F’dan il-kuntest, l-ebda ġabra ta’ kliem ma tista’ titqies kompleta għalkollox. Xogħol serju jrid ikun aġġornat u rivedut minn żmien għal żmien biex jirrifletti l-użu attwali ta’ kliem u espressjonijiet kif huma użati tabilħaqq mill-poplu. Huwa sewwasew dan li Keith Attard qed jagħmel f’din it-tieni edizzjoni ta’ Ballun Pinġut – Ġabra ta’ espressjonijiet mil-logħba tal-futbol. Din il-għdda imprezzabbli issa qiegħda f’idejna…jonqos biss li dawk li huma involuti f’dan il-qasam, japprezzawha u jħaddmuha sew u bil-għaqal.

Additional information

Weight 330.0000 g
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995748180 Categories: