Description
Taħriġ prattiku dwar test mhux imħejji
Mingħajr gwida u għodod tajbin, diffiċli napprezzaw u nifhmu silta prożajka. Dan il-ktieb, bħall-ktieb tewmi miegħu dwar il-poeżija, huwa vjaġġ li se jgħin lill-istudenti kollha tas-sekondarja jitgħallmu jħobbu l-proża, jesperjenzawha fis-sbuħija kollha tagħha u eventwalment ikunu jistgħu jitkellmu fuqha.
Il-ktieb jimxi id f’id mas-sillabu taċ-ĊES u t-taħriġ li joffri huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim marbuta mat-tliet livelli tal-letteratura indikati fis-sillabu. Huwa ktieb li jiffoka l-iżjed fuq il-komponent tat-test mhux imħejji iżda ma jiqafx hemm. Huwa ktieb li se jgħin lilkom l-istudenti li tinsabu fl-aħħar snin tas-sekondarja biex titħarrġu f’dak kollu li għandkom bżonn biex tifhmu u tesperjenzaw il-proża. Għaldaqstant, dan il-ktieb jiffoka fuq l-għodod marbuta ma’ dawn l-elementi: tal-ħoss, figurattivi, retoriċi u strutturali.
X’fih il-ktieb:
10 taqsimiet b’silta ta’ proża f’kull taqsima;
mappa tal-ideat għal kull taqsima;
mistoqsijiet iggradati li jkopru l-livelli 1-3 skont is-sillabu;
mistoqsijiet bħal tal-eżami li jkopru t-tieni u t-tielet livell skont is-sillabu;
it-tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha;
is-siltiet ta’ proża kollha bin-notamenti marbuta mal-erba’ elementi;
eżerċizzji ta’ kitba u ħsieb kritiku li jmorru lil hinn mis-silta.







