Kif Nesperjenzaw il-Poeżija

Clare Azzopardi
9789918240586
Paperback

In stock

Description

Taħriġ prattiku dwar test mhux imħejji

Min jaf kemm-il darba smajna jew għedna kliem bħal …

uff kemm hi tqila din il-poeżija!

jew …

ma fhimt xejn minn dil-poeżija!

Mingħajr gwida u għodod tajbin, diffiċli napprezzaw u nifhmu l-poeżiji. Dan il-ktieb huwa vjaġġ li se jgħin lill-istudenti kollha tas-sekondarja jitgħallmu jħobbu l-poeżija, jesperjenzawha fis-sbuħija kollha tagħha u eventwalment ikunu jistgħu jitkellmu fuqha.

Il-ktieb jimxi id f’id mas-sillabu taċ-ĊES u t-taħriġ li joffri huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim marbuta mat-tliet livelli tal-letteratura indikati fis-sillabu. Huwa ktieb li jiffoka l-iżjed fuq il-komponent tat-test mhux imħejji iżda ma jiqafx hemm. Huwa ktieb li se jgħin lilkom l-istudenti li tinsabu fl-aħħar snin tas-sekondarja biex titħarrġu f’dak kollu li għandkom bżonn biex tifhmu u tesperjenzaw il-poeżija. Għaldaqstant, dan il-ktieb jiffoka fuq l-għodod marbuta ma’ dawn l-elementi: tal-ħoss, figurattivi, retoriċi u strutturali.

X’fih il-ktieb:

10 taqsimiet b’poeżija f’kull taqsima;
mappa tal-ideat għal kull taqsima;
mistoqsijiet iggradati li jkopru l-livelli 1-3 skont is-sillabu;
mistoqsijiet bħal tal-eżami li jkopru t-tieni u t-tielet livell skont is-sillabu;
it-tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha;
il-poeżiji kollha bin-notamenti marbuta mal-erba’ elementi;
eżerċizzji ta’ kitba u ħsieb kritiku li jmorru lil hinn mill-poeżija.

Additional information

Weight 420 g
Dimensions 29.6 × 21.1 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 144
ISBN 9789918240586

Product categories and tags

You may also like…