Karattri u Rakkonti – mir-Raħal u mis-Safar

9789918230341
Hardback

Description

Dan il-ktieb fih ftit u ħafna minn kollox. Naqra nostalġija. Niskata tifkiriet. Tikka riċerka. Loqma kurżità. Kurdun karattri. Ruxxmata rakkonti. Ħafna u ftit fuq ir-raħal. Ftit u ħafna fuq tant bliet fl-Ewropa u l-Afrika.

Dan huwa ktieb mhux tas-soltu. Insiru nafu l-għala Mario weħel mill-eżami tad-duttrina, inkella kif nanntu kienet issajjarlu froġa b’demm it-tiġieġa. Ilaqqagħna mas-sagristan li kien għoddu spiċċa l Vjetnam, mal-arċipriet li jibża’ mill-katavri, inkella mal-kunjata li qattgħet għomorha tindokra l-kappella taċ-ċimiterju.

Ma’ Mario nivvjaġġaw lejn diversi bliet fl-Ewropa, fosthom Noto, Cortona, Madrid, Ruma, Istanbul, Londra u Kildare. Miegħu ninżlu lejn it-Tanżanija u Swaziland fejn spiċċa bi prostituta tibki ma’ djulu u bi ġlekk li kellu jirregalah lill-messaġġier għax kien se jgħammed id-disa’ wild.

Hawn wisq x’jingħad fuq dan il-ktieb. La tiftħu u tqallbu għandek issib is-senduq ta’ Pandora!

Additional information

Weight 750 g
Dimensions 25.7 × 17.5 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 288
ISBN 9789918230341

Product categories and tags