Kalċidon Agius

Ħaddiem u Suldat tal-Azzar

9789993217596
Hardback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Il-ħajja ta’ Kalċidon Agius (1917-2006) hija ħajja ta’ ħaddiem li kien parteċipi fil-bidliet storiċi ta’ Malta fis-seklu għoxrin. Hija storja dwar ħaddiem fi żmien il-gwerra, dwar il-faqar, il-ġlieda soċjalista, id-dnub mejjet u l-iżvilupp ekonomiku. Il-bidliet storiċi narawhom jitfasslu mil-lenti ta’ ħaddiem: minn tfulitu li hi perjodu storiku li ma tqajjimx nostalġija, f’żgħożitu meta jitgħallem fuq is-soċjaliżmu minn emigrant Malti fl-Awstralja, u l-maturità tiegħu bħala militant soċjalista. Mal-mixja tal-ħajja ta’ Kalċidon Agius naraw il-mixja tal-ħaddiem Malti mill-faqar u l-injoranza għall-emanċipazzjoni intellettwali u ekonomika. Permezz ta’ Kalċidon naraw x’kien ifisser li tkun “suldat tal-azzar” u x’kienet eżattament il-ġlieda politika-reliġjuża tas-Snin Sittin bil-konsegwenzi kollha tagħha, kemm reliġjużi, ekonomiċi u soċjoloġiċi. Prattikament, din hija wkoll storja ta’ ribelljoni ta’ żagħżugħ u ġenerazzjoni sħiħa ta’ ħaddiema li ġġieldet għall-kawża tas-soċjaliżmu u ta’ Malta ħielsa.

Additional information

Weight 590 g
Dimensions 24.7 × 17.6 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993217596
Pages 170

Product categories and tags

SKU: 9789993217596 Categories:

You may also like…