Description
Din hija pubblikazzjoni ġdida dwar il-viżjoni politika tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat. L-awtur tal-ktieb, Cyrus Engerer, jgħid li dan huwa laqgħa personali ma’ Joseph Muscat. “Iżda aktar minn hekk huwa dokument ta’ evidenza għala Joseph Muscat jista’ jmexxi gvern ġdid Malti b’kapaċità u għaqal,” żied jgħid l-awtur.
Il-ktieb joffri dawn is-sezzjonijiet li ġejjin:
- Bijografija ta’ Joseph Muscat
- Kif Joseph sar midħla tal-Partit Laburista
- Il-prinċipji ideoloġiċi li bihom jaħdem Joseph fil-politika
- Kif Joseph beda l-ħajja pubblika tiegħu
- X’għamel Joseph bħala Membru tal-Parlament Ewropew
- X’wassal biex Joseph sar mexxej tal-Partit Laburista
- X’inhu jipproponi Joseph għat-tmexxija tal-pajjiż
Il-ktieb illustrat b’għadd kbir ta’ ritratti li jikkumplimentaw il-kitba, ħafna minnhom meħudin mill-kollezzjonijiet privati tal-familja tal-Mexxej Laburista u minn kollezzjonijiet uffiċċjali u li se jkunu qegħdin jidhru għall-ewwel darba.