Description
Jack iħobb jesplora u jesperimenta. Oħtu Jasmine dejjem iddur ma’ djulu tara x’inhu jagħmel.
X’jiġri meta Jack jaqla’ sett tal-għodda ġdid u jibda jara lil oħtu żejda? U l-maltempata x’sehem ikollha fl-avventura ta’ Jack u tas-sejbiet tiegħu? Jasmine fiex tidħol f’dil-biċċa? Tgħid kien ikun aħjar kieku Jack kellu lil oħtu miegħu bħas-soltu?







