Description
Amber hija tifla fuq ruħha u mimlija enerġija. Tħobb ħafna wkoll tara t-televixin u tammira l-eroj li tara fuqu. Imma tgħid Amber tqatta’ żżejjed ħin quddiem l-iskrin? U x’jiġri meta Amber taqla’ mantell bħal tal-karattri tat-televixin? X’ħa tivvinta Amber did-darba biex taqla’ l-inkwiet? Tgħid jirnexxilħa tirranġa l-ħsara li tkun għamlet u tirritorna l-ordni u l-paċi?