Description
Rumanz li jitratta erba’ ġenerazzjonijiet ta’ familja li għexet fid-dell ta’ stilla ħażina. L-istorja tal-protagonisti sseħħ fl-isfond tal-Istorja ta’ Malta, u l-fattwali u l-fittizju huma minsuġa flimkien biex jinħoloq rakkont irrakkmat bir-reqqa. Pass pass mal-istorja naraw i-ġrajjiet ta’ dan ir-rumanz jiżvolġu waħda wara l-oħra, sakemm iż-żejt jidher ċar, allavolja fil-qiegħ tal-ilma.
Martin Bugelli twieled Bormla fl-1960. Gradwat fl-Ingliż u speċjalizza fil-komunikazzjoni. Ħadem f’diversi oqsma fis-Servizz Pubbliku fosthom fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fl-informazzjoni. Għal xi snin serva wkoll bħala r-Rappreżentant tal-Kimmissjoni Ewropea f’Malta. Illum jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell. Miżżewweġ lil Antonella u għandhom tliet subien – Daniel, Samuel u Gabriel.